Role Models
Dan il-live in kien ‘one to remember’. Iltqajt ma’ nies ġodda fiż-ŻAK kif ukoll role models fil-komunita’ u allavolja kellna attivitajiet forsi mhux daqsekk faċli, ħadt gost ħafna għax għamilnihom flimkien – Miriana Ciantar
Ħadt gost niltaqa’ ma’ membri ta’ ċentri oħra waqt il-live in, u ħadt pjaċir nitkellem ma’ nies li m’humiex parti miż-ŻAK imma għandhom vokazzjonijiet differenti u huma xorta nvoluti fil-komunita` ta’ madwarna, għax sirt naf ftit fuq il-ħajja tagħhom, u sirt naf kif nista’ nieħu ħsieb aħjar lin-nies u l-ambjent ta’ madwari – Giovanni Bonavia
Dan it-training kien esperjenza unika u ta’ vera. Kienet opportunità inkredibbli fejn stajna nitgħallmu mil-leaders tagħna iżda wkoll, u b’mod speċjali minn dawk ta’ madwarna. F’dan it-training flimkien, komplejna nibnu il kommunitajiet tagħna b’diversi esperjenzi varjati, speċjalment il-komunitajiet żgħar fiċ-Ċentri taż-ŻAK li aħna leaders fihom, bil-konsegwenza li il-komunita` sħiħa taż-ŻAK tkompli tikber.
– Mikiel Cassar, ŻAK Iklin